Minn Ottubru li ġej, il-linja tal-ajru Irlandiża AerLingus se tibda topera titjriet minn Dublin għal Malta tliet darbiet fil-ġimgħa.
Ħabbar dan il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, f’kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, fejn qal li jinnota bi pjaċir din l-aħbar.
Il-Ministru Bartolo sostna li permezz ta’ din il-konnettività, b’mod sinifikatti, pajjiżna qed iħares, li b’mod indirett ukoll jkollna konnettività ġdida ma ‘l fuq minn 17-il ajruport fl-Istati Uniti u l-Kanada.
Hu nnota li permezz t’hekk pajjiżna qed isaħħaħ il-konnettività ta’ pajjizna mat-Tramuntana tal-Ewropa.
“Dan qegħdin nagħmluh sabiex naslu dejjem iżjed għal turiżmu ta’ kwalità ogħla u sostenibbli matul is-sena kollha”, temm jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.