Waħda mill-linji tal-ajru tal-Iżrael, El Al, ġiet ipprojbita milli tistaqsi lin-nisa biex jibdlu l-post tagħhom jekk ikun hemm irġiel Ortodossi Ġiżwiti estremi li ma jkunux iriduhom ħdejhom.
Dan wara li passiġġiera bl-isem ta’ Renee Rabinowitz ta’ 80 sena fetħet każ il-Qorti kontra l-linja tal-ajru wara li staqsewha biex tbiddel postha.
Il-Qorti sostniet li din hi ksur ta’ liġi diskriminatorja fejn il-linja tal-ajru qalet li hi qatt ma tinforza lill-passiġġieri tagħha biex jibdlu l-post tagħhom bilfors.
Il-Qorti ordnat lill-inja tal-ajru biex tinforma lill-impjegati kollha tagħha li din l-azzjoni hi kontra l-liġi.