Malta hi d-dar naturali għall-kumpaniji tal-avjazzjoni fl-Ewropa.
Hekk stqarr il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Universal Air, Simon Cook, f’intervista esklussiva ma’ dan l-istazzjon, ftit tal-jiem wara li ġiet inawgurata din il-linja tal-ajru l-ġdida.
Din il-linja tal-ajru l-ġdida, li hija bbażata f’pajjiżna, se tkun qed toffri numru ta’ titjiriet minn Malta fosthom lejn Ibiza u Pecs fl-Ungerija għall-ewwel darba, kif ukoll għal numru ta’ bliet oħra fl-Ewropa.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ din il-kumpanija tal-ajru stqarr kif is-suq f’pajjiżna fil-qasam tal-avjazzjoni hu wieħed minn dawk li l-aktar qegħdin jikbru b’rati mgħaġġla.
“I think Malta is the home of the aviation in Europe, at the moment. The support that we get from Transport Malta and the Government, and it just makes sense to continue growing our operation here. We have great partners across the island, and we are looking forward as we grow.”
Simon Cook – il-Kap Eżekuttiv ta’ Universal Air
Universal Air twaqqfet fl-2021, meta nxtrat minn kumpanija Maltija. Din il-kumpanija se toffri titjiriet normali u se toffri wkoll servizzi ta’ charter u ta’ merkanzija, kif ukoll titjiriet speċjali għal persuni li jkollhom bżonn trattament mediku urġenti.
Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija spjega li n-numri bħalissa huma inkoraġġanti ħafna għal din il-linja tal-ajru.
“There is some much excitement around the tours we are offering, but also its a new airline that gives us the ability of where they are going. We are increasing the connectivity of Malta; we open new routes and I think that gives people more choice.”
Simon Cook – il-Kap Eżekuttiv ta’ Universal Air