Mohamed Ali Ahmed Elmushraty magħruf bħala Lilu King ingħata l-ħelsien mill-arrest, fuq diversi kundizzjonijiet, wara deċiżjoni tal-Qorti dalgħodu.
Huwa qed jiġi akkużat li f’Ottubru li għadda, allegatament aggredixxa u hedded raġel u kkaġuna ġrieħi gravi.
B’dan il-każ, Lilu King kiser tliet kundizzjonijiet imposti mill-Qorti.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €40,000, b’garanzija personali ta’ €200,000.
Lilu King wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Huwa qed ikun rappreżentat fil-Qorti mill-Avukati Franco Debono, Marion Camillieri u José Herrera.