Il-Prinċep Harry qal li għadu jħossu skomdu u nervuż ferm jekk jinzerta lin-nanna tiegħu, ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni, fil-palazz ta’ Buckingham, f’Londra. Id-Duka ta’ Sussex żvela dan f’dokumentarju ġdid miġbud ftit ġimgħat wara ż-żwieġ tiegħu lill-eks attriċi Meghan Markle dwar il-ħajja Rjali.
“Jekk ninzertaha, inħossni nervuż ħafna, ma nkunx naf x’naqbad nagħmel jew ngħidilha”, saħaq il-Prinċep.
Bi tbissima sskota jgħid lill-crew tad-dokumentarju biex jekk jinzertaw lill-Majjesta tagħha, ma jħossuhomx skomdi u jkomplu b’xogħolhom.