Hija ironija u ipokrezija fl-istess ħin li llum Beppe Fenech Adami mar jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fuq ħidmet il-Pulizija.
Dan mhux biss għax m’għandu l-ebda kredibiltà bħal Kap tiegħu, iżda agħar minn hekk, għax trid tkun Beppe Fenech Adami biex ikollok il-wiċċ li titkellem fuq ħaddieħor meta qed tkun investigata sitwazzjoni dubbjuża fejn allegatament file ngħata l-ġenb wara li ħareġ ismu, meta kien il-persuna politikament responsabbli mill-Korp dak iż-żmien, fuq każ ta’ allegat ħasil ta’ flus u drogi.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija, fejn saqsa kif xi ħadd jista’ jieħu bis-serjetá lill-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Beppe Fenech Adami.
Il-Partit Laburista saħaq li huwa ċar li fil-ġenn politiku li għandu l-Partit Nazzjonalista qed iqabbad nies bħal Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi jagħmlu konferenza tal-aħbarijiet biex jikkumentaw fuq ħaddieħor meta huma żewġ min-nies li ma kull sekonda li tgħaddi qed imorru kontra kliemu stess.