Immużikata mis-surmast Dominic Galea, fuq il-poeżija ta’ Rużar Briffa, ‘Lil Ommi’ hija l-interpretazzjoni brillanti tal-kantanta Doreen Galea mill-album tagħha tal-2009, ‘OMMI’ issa fil-verżjoni viżiva tagħha.

Il-video huwa interpretazzjoni simbolika tal-karba ta’ wild li jkollu jitlaq u jinfired mill-għożża tal-omm u mid-dar maternali biex isib futur aħjar. Il-kliem, il-melodija u l-immaġini joħolqu dinja surreali fejn l-udjenza mill-ġdid titlob biex tesperjenza il-kenn tal-familja fejn tkun trabbiet.
Il-kunċett u d-direzzjoni tal-video kienu fdati f’idejn Mark Doneo.
“Benninni ħa norqod, benninni bil-ħlewwa, kull diqa nessini, nessini kull dnewwa”
Segwi hawn il-video mużikali ‘Lil Ommi’: