Kull ħaddiem u self employed se jirċievi ċekk id-dar taħt Gvern Laburista, f’rifużjoni tat-taxxa. Minn naħa l-oħra, Partit Nazzjonalista għadu lanqas biss ippreżenta l-manifest elettorali.
Qal dan il-Prim Minsitru Joseph Muscat, waqt attività politika fil-Ħamrun. L-għażla hija ċara, qal Muscat. “Lil min tridu Prim Ministru, lil Simon Busuttil jew Joseph Muscat?” Fakkar li mal-Partit Laburista, il-poplu jaf fejn qiegħed, u kull wegħda titwettaq.
Kuntrarju ta’ dan, hemm l-Oppożizzjoni. U dawn jekk ma jaqblux fuq affarijiet bħal kaċċa u race track, kif jistgħu jaqblu fuq pensjonijiet, fuq miżuri li jaffetwaw lill-ulied, fuq il-ġenituri? Hija kwistjoni serja ħafna, spjega l-Prim Ministru, għax il-pajjiż ma jiflaħx ikollu Prim Ministru li jkollu jinnegozja internament kull kwistjoni li teħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet interni.
Dwar in-nirien li llum ħakmu Wied il-Għajn, il-Prim Ministru rringrazzja lil dawk kollha involuti. Se tibda sistema ta’ separazzjoni tal-iskart biex l-impjant ikun magħluq fi żmien seba’ snin, spjega Joseph Muscat.
Tkellem ukoll fuq Malta Files, u qal il lil Dr David Gonzi u lil Francis J. Vassallo se jiddefendihom, avolja isimhom tfaċċa’ fil-Malta Files. Dan għax ikun qed jiddefendi lil kull Malti u Għawdxi. Dwar dawn, tkellem ukoll dalgħodu.
Il-Prim Ministru u mexxej Laburista reġa’ appella biex tinxtered il-bandiera Maltija. Fakkar li issa. id-dokumenti tal-vot jistgħu jinġabru mill-għases.
Il-ħinijiet huma:
Mit-Tlieta, 23 ta’ Mejju 2017: mill-4.00pm sad-9.00pm;
L-Erbgħa 24 sal-Ġimgħa 26 ta’ Mejju, 2017: bejn it-8.00am u s-1.00pm u bejn it-3.00pm u d-9.00pm;
Is-Sibt 27 ta’ Mejju, 2017: bejn it-8.00am u s-1.00pm u bejn it-3.00pm u l-10.00pm;
Il-Ħadd 28 ta’ Mejju, 2017: bejn it-8.00am u nofsinhar