Aktar minn 65.8% ta’ min iħaddem, iħaddmu nisa fuq bażi full time filwaqt li madwar 35.8% wieġbu li jimpjegawhom bħala part-timers.
Dan ħareġ minn studju li sar mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-edukazzjoni ogħla u l-Malta Enterprise dwar il-bżonnijiet tas-suq tal-ħaddiema.
L-istudju juri kif 29% ta’ min iħaddem jagħżel ħaddiema barranin fuq bażi full-time, iżda l-istatistika turi li huma inqas dawk li jimpjegawhom fuq bażi part-time dan għaliex l-persentaġġ hawnhekk huwa biss ta’ 9.4%. Ħafna drabi dawk li jħaddmu jagħżlu mpjegati barranin minħabba nuqqas ta’ ħiliet edukattivi mitluba minn min iħaddem jew minħabba attitudni u personalità inadekwata.
48.2% ta’ min iħaddem għażel li jimpjega ħaddiema barranin li fil-maġġoranza tagħhom, 46%, gradwaw mill-Universita’.
Il-maġġoranza ta’ min ipparteċipa f’dan l-istħarriġ, huwa sodisfatt kemm bl-impjegati Maltin (7.0) u dawk barranin (7.2) fuq skala ta’ bejn 1 u 10.