- Dan wara li falla l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara
Wara li falla lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, Michael Fenech Adami ngħata promozzjoni. Dan minkejja li l-falliment fit-tmexxija tiegħu bħala Sindku kien rifless ukoll fil-fatt kif il-Partit Laburista rebaħ it-tmexxija ta’ dan il-kunsill f’lokalià tradizzjonalment nazzjonalista.
Iżda minkejja dan, il-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil għamlu President tar-Reġjun taċ-Ċentru. Biex wara li tah impjiegi mal-Partit Nazzjonalista, sablu wkoll post fejn seta’ jieħu wkoll onorarja. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista spjegaw kif dan kien nissel xi ftit tar-rabja fost rapprezentanti tal-Partit Nazzjonalista f’Ħal Lija u Ħ’Attard fost oħrajn bis-Sindki f’dawn il-lokalitajiet kienu ilhom jikkontribwixxu fil-kumitat. Minkejja dan l-ordni mid-Dar Ċentrali wara li minn President spiċċa l-eks Sindku ta’ San Ġiljan, Peter Bonello, kellu jsir ħu Beppe Fenech Adami.
Id-diskors fil-PN dwar din l-għażla reġa’ ssokta bil-kbir fl-aħħar sigħat meta rapport tal-bord ta’ gvernanza immarka kif Fenech Adami kiser ir-regoli finanzjarji tal-Kunsilli Lokali. Billi fost oħrajn għamel ‘deals’ imħallsa minn flus il-kunsill lokali mingħajr ma nforma lill-istess kunsill. Deals li jlaħħqu elfu kbar ta’ ewro u li skont il-liġijiet kien hemm każi fejn kellha toħroġ sejħa għall-offerti.
Iżda, minflok ħa passi fuq dawn Simon Busuttil ra li għal dħul finanzjarjuw wieħed, fenech Adami jkollu tnejn. Bix-xogħol fid-Dar Ċentrali jħallilu mal-€2,000 fix-xahar.