Meta kien intervistat waqt il-podcast ta’ Karl Bonaci, il-Ġimgħa, l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qal li jħobb lil-Laburisti.
KARL BONACI: “Inti togħbodhom lil-Laburisti?”
SIMON BUSUTTIL: “Inħobbhom.”
Hu qal dan ftit tal-jiem biss wara li, f’attività tal-fergħa estremista Nazzjonalista, qal li l-Partit Laburista qed jilqa’ fih il-kriminali.
Fl-istess nifs, wara dan l-aħħar kumment, Busuttil qal li l-Partit Laburista għandu bżonn imur fl-Oppożizzjoni.
“Il-Partit Laburista għandu bżonn imur fl-Oppożizzjoni.”
L-eks Kap Nazzjonalista kompla bl-istess retorika tiegħu, li baqa’ wkoll magħruf għaliha, dik li jattakka l-istituzzjonijiet.
“Għax il-Pulizija u l-Avukat Ġenerali m’għamlux xogħlhom.”
“Il-verità li ngħid jien.”
Busuttil qal ukoll li l-Prim Ministru għandu jkeċċi lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat mill-partit.
“Robert Abela jmissu jkeċċi lil Joseph Muscat mill-partit.”
F’din l-intervista, Busuttil semma wkoll lill-għaqda Repubblika u d-deputati tal-fergħa estremista Nazzjonalista.
“Repubblika nsellmilhom, hemm nies oħrajn David Casa, Jason Azzopardi…”
Simon Busuttil semma wkoll lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, li l-fergħa estremista spiċċat poġġietu wara konġura kontra Adrian Delia.
“Għandi relazzjoni tajba ma’ Bernard Grech.”