Lil Hillary Clinton sabulha imejls ġodda. Madanakollu qalet li tinsab “kunfidenti” dwar din l-investigazzjoni ġdida mill-FBI, u qalet li din is-sejba mhux se tkun qed tbiddel id-deċiżżjoni dwar kif hi m’għandiex tiġi prosekuta.
Il-kandidata f’isem il-Partit Demokratiku sejħet lid-direttur tal-FBI biex jispjega din l-inkjesta lill-poplu Amerikan.
F’Marzu 2015 sar magħruf li Clinton, meta kienet Segretarja tal-Istat Amerikan, użat is-server privat ta’ familtha għall-komunikazzjoni uffiċjali, minflok l-imejl uffiċjali tal-istat. Din il-komunikazzjoni uffiċjali tinkludi eluf ta’ imejls.
Dawn l-aħħar l-imejls spiċċaw oġġett tal-kontroversja meta ntsabu waqt inkjesta separata fuq Huma Abedin – l-eks mara ta’ dak li darba kien politiku, Anthony Weiner.
Apparat elettroniku ta’ Abedin u Weiner ġie ikkonfiskat meta bdiet investigazzjoni dwar jekk hu kienx bagħat imejls sesswalment espliċiti lil tfajla ta’ 15-il sena.