Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla bir-retorika ta’ Beppe Fenech Adami u qal li l-kandidati li kienu ħassewhom attakkati min-Nazzjonalisti oħra stess permezz ta’ block vote kellhom iċ-ċans li joħorġu għall-elezzjoni.
Dan qalu fi tweġibiet li ta lill-ġurnalisti dwar il-firda fil-Partit Nazzjonalista.
Wara li feġġet kriżi oħra fil-Partit Nazzjonalista, fejn reġa’ faqqa’ ġlied kbir bejn iż-żewġ fazzjonijiet, dik tal-establishment li qiegħda wara Bernard Grech u dik tal-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, skont il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, il-Partit Nazzjonalista jinsab magħqud.
Mistoqsi mill-ġurnalisti, Bernard Grech wassal botta lill-predeċessur tiegħu, Adrian Delia.
Meta mistoqsi mill-ġurnalisti, dwar anki r-riżenji li kien hemm fil-kumitat sezzjonali ta’ Bormla, fejn il-membri tal-kumitat rriżenjaw kollha f’daqqa, il-Kap Bernard Grech qal hekk.