Il-Membru tal-Parlament Ewropew David Casa ħareġ jgħajjar lill-Prim Ministru giddieb.
Dan wara li fil-programm Dissett, il-Prim Ministru spjega kif meta fl-2012 kien hemm in-nomina ta’ Tonio Borg għall-Kummissarju Ewropew, il-Partit Laburista kien għamel minn kollox biex jassigura li n-nomina Maltija tikseb l-appoġġ meħtieġ.
Fatt magħruf.
Iżda minkejja dan fi stqarrija Casa qal li “il-Partit Laburista prova jimmina l-kandidatura ta’ Tonio Borg ma kull okkażjoni.”
Iżda lil David Casa giddbu Tonio Borg innifsu u ironikament anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil.
Meta Tonio Borg kien approvat ir-ringrazjamenti tiegħu kienu ċari. Fi kliem Tonio Borg stess:
“Dovuta wkoll għall-ħidma ta’ sitt membri Parlamentari Ewropej, li nsemmihom b’isimhom: Louis Grech, John Attard Montalto, Joseph Cuschieri u Edward Scicluna”
Saħansitra kien ikkonferma l-appoġġ ta’ Joseph Muscat dakinhar Kap tal-Oppożizzjoni.
“In nomina kienet sostnuta miż-żewġ partiti politiċi u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Għenu ħafna biex ġibna dan ir-riżultat li jien ma stennejtux”
Dakinhar anke Simon Busuttil kien ikkonferma li d-dikjarazzjoni ta’ Casa llum mhix minnha.
Isma dawn il-kummenti fit-tmin minuta ta’ dan il-filmat (08:35)
Dakinhar anke Simon Busuttil kien ikkonferma li d-dikjarazzjoni ta’ Casa llum mhix minnha.
Jekk tisma’ fil-ħin 02.24, tisma’ lil Simon Busuttil jgħid: “Rebħet l-għaqda nazzjonali Maltija. Is-sitta konna favur u għamilna li stajna biex inġibu lil kulħadd favur. Huwa veru li l-grupp ħa pozizzjoni iktar kontra. Insellem lil nies bhal Louis Grech li ħadmu ħafna biex wasalna għar-riżultat tal-lum.