L-Enemed Women’s Futsal League mistenni jiġi deċiż il-ġimgħa d-dieħla wara li Lija Athletics A rebħu t-tieni finali minn tlieta kontra Mtarfa Futsal 5-2. B’hekk Lija pattew tat-telfa tal-ġimgħa l-oħra kontra l-istess avversarji u eventwalment sfurzaw it-tielet finali.
Lija Athletics A ħarġu aggressivi u sa tmiem l-ewwel taqsima kienu diġa’ stabilixxew vantaġġ ta’ tliet gowls permezz ta’ doppjetta ta’ Irena Drugovic u gowl ieħor ta’ Michela Felice.
Fit-tieni taqsima, il-pjan tal-logħba qajla inbidel b’Lija li baqgħu tajbin u bi Mtarfa li bdew itellgħu xi kontrattakki li minnhom naqqsu l-marġni tal-iskor.
Ylenia Azzopardi għamlithom 4-0 qabel ma’ Janice Pace naqqset il-marġni tal-iskor għal Mtarfa għalkemm Izabella Camilleri skorjat gowl ieħor għal Lija.
Ftit sekondi qabel it-tmiem, Demi Magri skorjat it-tieni gowl għal Mtarfa.
Iż-żewġ naħat jiltaqgħu nhar il-Ħamis li ġej għat-tielet finali li se tintlagħab fil-Padiljun ta’ De La Salle fit-8.15pm.
Referees kienu Marco La Rosa u Jude Amin Utulu.
Time-keeper kienet Stefania Bonnici.