Is-Soċjetà Filarmonika Leone, bħal kull sena, qed ittella’ serata ta’ mużika u riflessjonijiet ftit qabel il-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-serata se tkun qed tiffoka fuq l-għuda tas-Salib ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, b’hekk l-isem Lignum Crucis. Din it-tema ġiet ispirata mir-relikwa tas-salib, meqjuma fil-Katidral t’Għawdex; fl-istess post fejn se tittella’ din is-serata.
Il-Banda Ċittadina Leone, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Colin Attard, se tkun qed ittella’ programm mużikali magħmul minn siltiet varji tal-aktar kompożituri rinomati. Dan se jkun amalgamat ma’ riflessjonijiet rigward is-Salib li fuqu Kristu ta’ ħajtu, bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa. Diversi elementi oħrajn se jkunu nkorporati f’din is-serata spiritwali.
Din is-serata se tittella’ nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018, fit-8PM (lejliet festa pubblika). Id-dħul ikun b’xejn, fejn riservazzjoni ta’ siġġijiet jistgħu isiru fuq info@leone.org.mt, 99130694 jew 79001989.