“Once again, our office does not always work so closely with a government on a draft media bill. You set a demanding precedent here for your colleagues – all the more while you are EU Presidency.”
Dan huwa kelma b’kelma dak li qalet l-OSCE, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa li taħdem favur l-istabilità, il-paċi u d-demokrazija.
Dan il-kliem intqal lill-Ministru Owen Bonnici eżatt kif il-liġi tressqet għat-tieni qari fil-Parlament. Rappreżentanta għall-Libertà tal-Midja diġà kellha kliem pożittiv ferm dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-midja li ġie ppreżentat mill-Gvern Malti.
Qrib l-ewwel qari, kienet qalet li l-abbozz ta’ liġi, jekk jiġi adottat, joffri iżjed protezzjoni għax-xogħol ġurnalistiku. Dan wara analiżi li seħħet fuq talba tal-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici.
Fil-kummenti tagħha, Mijatović innutat provvedimenti bħad-dekriminalizzazzjoni ta’ ċertu offiżi li għandhom x’jaqsmu ma’ attivitajiet ġurnalistiċi u l-midja.
U filwaqt li faħħret l-inizjattiva, tenniet li d-djalogu mal-Awtoritajiet Maltin kien se jkompli fil-ġimgħat li ġejjin. Kif filfatt ġara, bil-kliem ta’ sodisfazzjon tagħha jkun indikattiv ta’ tal-koperazjoni minn naħa tal-Gvern Malti li sabet l-organizazzjoni li iha hemm imsieħba sebgħa u ħamsin pajjiż.