“Il-liġi tal-Għaqdiet volontarji se tagħmel il-ħajja eħfef għal kull għaqda li timxi mal-liġi iżda se tiżgura li ebda għaqda volontarja ma tintuża għal skopijiet ħżiena.”
Dan saħqitu is-segretarju ġenerali tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa f’Malta, Doris Bingley. L-abbozz ta’ liġi li għadda mill-fazi tal-ewwel qari se jżid il-poteri lill-kummissarju għall-Għaqdiet volontarji. Il-kummissarju se jingħata l-poter li jikkanċella kull organizzazzjoni mhux governattiva li tikser ir-regolamenti bla ma għandu għalfejn imur quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva. Is-Sinjura Bingley qalet ukoll li l-liġi dwar il-Privatezza tad-data mhux se żżomm lill-kummisarju milli jitlob kull informazzjoni mingħand l-għaqdiet jew l-amministraturi tagħhom.
Is-Sinjura Bingley qalet li bil-bidliet fil-liġi, il-kunsill tal-volontarjat ser jibda jiġi appuntat b’mod differenti. Qalet li bl-emendi ħames membri se jkunu nnominati mis-settur u appuntati mill-Ministru waqt li s-sitt membri oħra se jkunu eletti direttament mis-settur.
Doris Bingley qalet ukoll kif issa kull għaqda volontarja trid timxi mar-regolamenti ewropej.
Is-Sinjura Bingley saħqet li din il-bidla tolqotha ħafna għax fost orħajn se tippermetti li żgħażagħ li jagħlqu sittax-il sena ikunu jistgħu jamministraw għaqda volontarja.