Il-Parlament beda jiddiksuti fit-tieni qari abbozz ta’ liġi li jemenda diversi liġijiet dwar is-servizzi finanzjarji – liġi li ll-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna sejjaħ bħala element fundamentali fejn tidħol il-governanza tad-dejn pubbliku.
Ilbieraħ filgħaxija huwa qal li dan l-att se jservi wkoll bħala bażi biex jixpruna ’l quddiem riformi oħra bil-għan ewlieni li jintlaħqu l-aspettattivi tal-gvern, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Fond Monetarju Internazjzonali u tal-aġenziji tal-kreditu fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-dejn.Dan ifisser li f’għajnejn min jumpurtah jara li l-governanza finanzjarja tintlaħaq. Dawn id-dispożizzjonijiet ġodda se jagħtu aktar flessibilità lill-gvern iżda għamilha ċara li se jibqa’ jissellef lokalment.
Il-Ministru Scicluna qal li fl-istess ħin, kif tħabbar fil-budget, il-liġi tagħti l-fakultà lill-gvern li jkun jista’ joħroġ stocks li għal raġunijiet ġustifikabbli jkollhom rata ta’ imgħax ogħla minn dik tas-suq.
L-att dwar is-self tal-gvern u l-amministrazzjoni tad-dejn pubbliku se jdaħħal diversi dispożizzjonijiet ġodda li huma mibnija fuq l-aqwa prattiċi internazzjonali tal-amministrazzjoni tad-dejn pubbliku.