Imħallef federali fl-Amerka, imblokka liġi ġdida f’Texas b’mod temporanju, li effettivament tipprojbixxi lin-nisa milli jwettqu abort f’dan l-istat.
L-Imħallef Distrettwali Robert Pitman laqa’ talba mill-amministrazzjoni ta’ Biden biex il-liġi ma tiġix infurzata sakemm qed tiġi kkontestata l-legalità tagħha.
Il-liġi kienet tressqet u ġiet approvata mil-leġiżlaturi Repubblikani f’Texas.
Il-White House sejħet id-deċiżjoni tal-Imħallef bħala “pass importanti” biex id-drittijiet kostituzzjonali tan-nisa f’dan l-istat ikunu protetti.
F’kitba ta’ mija u tlettax-il paġna, l-Imħallef kiteb li mal-mument li daħlet fis-seħħ il-liġi fl-ewwel ta’ Settembru, in-nisa twaqqfu milli jeżerċitaw kontroll fuq ħajjithom.
Żied li Qrati oħra jistgħu jagħmlu li jridu però “din il-Qorti mhux se tissanzjona ġurnata oħra minn din iċ-ċaħda offensiva ta’ dritt daqstant importanti”.