Il-Membri Parlamentari Franċiżi approvaw liġi ġdida li se tkun qed tikkunsidra l-bullying fl-iskejjel bħala reat kriminali.
Din il-liġi l-ġdida se tkun qed tipprovdi ukoll aktar taħriġ għall-għalliema biex jipprevjenu l-bullying.
Il-liġi proposta se tagħmel dan l-att ġewwa l-iskejjel bħala reat kriminali, u se iżomm jew lill-istudent jew lill-amministrazzjoni tal-iskola responsabbli.
Dawk li jinstabu ħatja jistgħu jaffaċjaw multa ta’ ħamsa u erbgħin elf ewro, u tliet snin ħabs jekk il-bullying iġiegħel lill-vittma jfalli l-iskola.
Is-sentemzi jistgħu jiżdiedu għal għaxar snin ħabs u multa ta’ mija u ħamsin elf ewro jekk il-vittma jikkommetti suwiċidju.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron kien wiegħed li jsaħħaħ ir-rispons tal-pajjiż għall-bullying, billi jagħti aktar appoġġ lill-ġenituri.
Il-liġi issa tinsab quddiem is-Senat Franċiż wara l-approvazzjoni tal-Parlament.