Ħmistax-il pazjent li jbatu minn problemi fil-kliewi kienu assistiti finanzjarjament mill-Fondazzjoni LifeCycle Malta biex imorru pellegrinaġġ lejn Lourdes. Huma kienu parti minn grupp organizzat mill-Assocjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL), li kien jikkonsisti f’aktar minn 160 persuna, fosthom pazjenti, qraba, tobba, infermiera, carers u assistenti oħra, inkluż 14-il żgħażugħ. Dan il-vjaġġ spiritwali kien immexxi mill-Arċisqof Emeritus Monsinjur Pawlu Cremona.
F’Lourdes, il-pazjenti ħadu sehem fil-funzjonijiet reliġjużi kollha, inkluż l-adorazzjoni tal-Ewkaristija Mqaddsa, il-Quddiesa Internazzjonali, u l-purċissjoni bix-xemgħa ta’ filgħaxija. Ċelebrazzjonijiet oħra kienu organizzati ukoll bil-lingwa Maltija.
Alan Curry, il-fundatur tal-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) qal: “F’isem il-pazjenti kollha, li għandhom problemi fil-kliewi, il-Fondazzjoni LifeCyle tixtieq tirringrazzja lill-AVL kif ukoll lit-tim tal-infermiera u carers tar-Renal Unit, lill-AirMalta u lill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA). Nirringrazzjawkom għall-appoġġ ġentili tagħkom, b’mod speċjali għal għajnuna lill-pazjenti tal-kliewi, li jeħtieġu jġorru magħhom il-magni tad-dijaliżi, peress li ma jistgħux joqogħdu mingħajrhom. Grazzi talli ghintuhom ukoll meta kienu barra minn Malta.”Il-President tal-AVL, is-Sinjura Louise Cini, rringrazzjat lil LifeCycle għall-appoġġ kontinwu tagħhom, sena wara l-oħra. “Kull sena, l-AVL tirċievi appoġġ tant meħtieġ kemm matul it-tluq u l-wasla lura Malta, kif ukoll matul it-titjiriet. L-impjegati tal-AirMalta u MIA dejjem jassiguraw li jkollna l-appoġġ loġistiku tant meħtieġ matul dawn il-pellegrinaġġi.”
Permezz tal-Foster Clark LifeCycle Challenge 2018 li se ssir bejn it-28 ta’ Settembru u t-12 ta’ Ottubru 2018, il-Fondazzjoni LifeCycle għandha l-għan li tiġbor is-somma sostanzjali ta’ €150,000 biex b’hekk tkun tista’ ssostni l-proġetti attwali u dawk ġodda għall-2018-2019. F’dawk l-għaxart ijiem, iċ-ċiklisti ta’ LifeCycle se jaqdfu 2,000 kilometru minn Dubaj għal Salalah fin-nofsinhar tal-Oman fi sħana tremenda – dan kollu se jwettquh biex jiġbru aktar flus ħalli jgħinu pazjenti bi problemi fil-kliewi.
Barra mill-magni tad-dijalisi li jsalvaw il-ħajja u l-faċilitajiet imtejba, min-naħa tagħha LifeCycle qed tisponsorja t-Twilight Shift Van li jġorr pazjenti minn u lejn l-Isptar Mater Dei għad-dijalisi tagħhom ta’ kull filgħaxija, filwaqt li tisponsorja ukoll programm ta’ tqabbil tas-softwer imsejjaħ “Traccia” li jiddetermina l-aħjar benefiċjarju meta jkun hemm donazzjoni tal-kliewi.
Apparti minn hekk, mill-2014 sal-lum, il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet donazzjonijiet li jammontaw għal €120,000 għar-riċerka dwar il-mard tal-kliewi fl-Università ta’ Malta permezz tal-Fond għar-Riċerka tal-Università (RIDT), bl-aħħar żewġ donazzjonijiet li jammontaw għal total ta’ €50,000 mogħtija minn Foster Clark fl-2017 u 2018 rispettivament.
Wieħed jista’ jagħti għotja permezz ta’ sms: 5061 7370 = €2.33; 5061 8920 = €6.99;
5061 9229 = €11.65; jew permezz ta ‘sejħa għal 5160 2020 = €10, 5170 2005 = €15;
u 5180 2006 = €25. Id-dettalji tal-bank huma kodiċi Swift VALLMTMT, numru IBAN MT 18 VALL 22013000000014814521017, Isem tal-Bank Bank of Valletta, Numru tal-Kont 14814521017.