Mit-23 ta’ Novembru sas-sittax sat-23 ta’ Diċembru l-Maltin kollha huma mistednin jagħżlu s-sitt kanzunetti Maltin li għandhom jirrappreżentawhom fl-ewwel Ktieb tal-Kanzunetti tal-Unjoni Ewropea. 48 kanzunetta Maltija ġew innominati f’sitt kategoriji minn studenti tal-Mużika Maltin, u għalliema tal-iskola. S’issa iktar minn 35,000 ruħ minn 19 stati membri vvutaw għas-sitt għanjiet rispettivi tagħhom: Il-Maltin kienu l-għoxrin stat tal-EU li ivvotaw.
L-ewwel verżjoni tal-Ktieb tal-Għanjiet tal-Unjoni Ewropeja se jkun fih 162 għanja f’24 lingwa originali u traduzzjoni bl-Ingliż. Sat- 23 ta’ Diċembru ser tkun f’idejn il-Maltin li jħobbu l-mużika sabiex jiddeċiedu liema sitt kanzunetti għandhom jirrapreżentawhom fl-ewwel Ktieb tal-Kanzunetti tal-EU. Il-Maltin ser ikunu l-20 poplu minn fost is-27 pajjiżi fl-EU li jistgħu jivvutaw ġewwa is-sit www.eu-songbook.org.
Studenti tal-Mużika Maltin, u għalliema tal-iskola tal- Performing Arts, l-Universita ta’ Malta u l- Malta School of Music, innominaw is-48 kanzunetta Maltija li waslu għall-għażla għand il-votanti Maltin. Fost il-kanzunetti numerużi li huma msemmija hemm “Xemx” ta’ The Tramps, “Paċi u Sliem” ta’ David Azzopardi, “Iddeċidejt” u “Fonzu l-Fenek”.
Is-sitt kategoriji differenti tal-għanjiet ġew deċiżi b’kollaborazzjoni ma’ diversi akkademji u istituzzjonijiet muzikali Ewropej. Dawn jinkludu għanjiet f’bixra ta: 1) mħabba, 2) natura u staġuni, 3) libertà u paċi, 4) folklore u tradizzjoni, 5) fidi, u 6) għanjiet tat-tfal.
L-editur tal-Ktieb tal-Kanzunetti tal-EU, Dr. Albert Pace, mill-iskola tal- Performing Arts u l-Universita ta’ Malta ikkummenta fuq in-natura u l-varjeta’ ta kanzunetti Maltin innominati:
“Xi kanzunetti, b’mod partikulari f’pajjiż żgħir bħal Malta, għandhom valur kważi ikoniku għal ħafna mill-Maltin. Hija ħaġa affaxxinanti li naqsmu dawn l-għanjiet ma’ ċittadini minn madwar l-Unjoni Ewropea”.
Il-Ktieb tal-Kanzunetti tal-EU huwa proġett ġdid demokratiku mibdi minn organizzazzjoni li ma xxaqlibx lejn l-ebda ħsieb politiku u lanqas taħdem għall-profitti jew għandha rabtiet finanzjarji ma’ Brussell, fattur li qablet miegħu l-ex kummissarju tal-EU Daniż Ritt Bjerregaard: “Il-proġett kien jinqatel li kieku kellu jirċievi għajnuna finanzjarju mill-Kummissjoni”. Il-Ktieb tal Kanzunetti tal-EU għaqqad is-sentiment nazzjonali mal-ħsieb Ewropew, u dan għaqqad, b’mod sorprendenti, politiċi kemm tax-xellug u tal-lemin fid-Danimarka. Il-fundatur u president, Jeppe Marsling (Twieled 1974), jelabora fuq l-iskopijiet ta’ din l-inizjattiva:
“Aħna, il-27 pajjiżi fl-EU, nafu verament ftit fuq xulxin! Li taqsam kanzunetti sbieħ ta’ pajjiżek ma oħrajn huwa mod dirett li tistgħu ssiru tafu lil xulxin aħjar.”
Il-publikazzjoni tal-ewwel edizjoni tal-Ktieb tal-Kanzunetti tal-EU hija ppjanata għal Diċembru 2019: 162 il-kanzunetta stampata bil-lingwi nazzjonali maġenb it-traduzzjoni bl-Ingliż.
Dalwaqt sejrin naraw liema sitt kanzunetti jagħżel il-poplu Malti għall-Ktieb tal-Kanzunetti tal-EU.
L-Organizzazzjoni tal-Ktieb tal-Kanzunetti tal-EU ġiet mwaqqfa f’Jannar 2015 minn tlett Daniżi u Taljan. Informazzjoni fuqhom tinstab fis-sit http://www.eu-songbook.org
Studenti tal-mużika Maltin, u għalliema tal-iskola tal- Performing Arts, l-Universita ta’ Malta, u il- Malta School of Music, innominaw is-48 kanzunetti Maltin li waslu għall-għażla tal–votanti Maltin. Bħala editur tal-Ktieb tal-Kanzunetti tal-EU għal Malta, Dr. Albert Pace, l-iskola tal- Performing Arts, l-Universita ta’ Malta, għażel il-lista finali ta’ kanzunetti għall-Maltin:
Diski ta’ mħabba:
Xemx – (The Tramps)
Fejn tħobb il-qalb – (M. Spiteri)
L-ewwel tfajla li ħabbejt – (Malta Bums)
Għajnejk sbieħ – (S. Bartolo)
L-għarusa tal-Mosta – (F. Baldacchinio, ‘Il-Budaj’)
It-Tieġ tan-Neputija – (T. Camilleri)
Marija l-Maltija – (J. Grech / C. Mifsud)
Natura u staġuni:
L-aħħar bidwi f’wied il-għasel – (P. Abela / A.C. Sant)
Xemx u xita – (The Travellers)
Il-bajja tal-Mellieħa – (S. Bartolo)
Awwissu – (W. Micallef)
Ħafa, paċi u kuluri – (The Travellers)
Inti Djamant – (The Tramps)
Riviera blu – (S. Bartolo)
Tifla tal-kampanja – (tradizzjonali)
Liberta’ u paci:
Paċi u sliem – (D. Azzopardi)
Sinjur ġib il-paċi – (D. Grech / The Tramps)
Innu tat-Tfal Maltin – (D. Azzopardi)
Ħamiema bajda – (tradizzjonali)
Kemm hu sabiħ – (New Courey)
Tema’79 – (“Ġensna”, P. Abela / R. Mahoney)
Tifħira lil Malta
Kanzunetti tal-folklore u tradizzjonali:
Ċeklem ċeklem karozzin – (The Greenfields)
Tal-Pastizzi – (D. Azzopardi)
Il-Festa – (M. R. Mallia & C. Camilleri)
Lanċa ġejja u oħra sejra – (tradizzjonali)
Viva Malta – (F. Portelli)
Fuq il-pont ta’ Wied Rummiena
Il-Maltija – (tradizzjonali)
L-għannej
Taxi Mary – (F. Abela)
Kanzunetti tal-fidi:
Iddeċidejt – (A. Cauchi & T. Cachia)
Fil-Ħlewwa ta’ Mejju – (G. Caruana / D.K. Psaila)
Mulej f’idejk – (R. Galea)
Tini Idejk – (D. Azzopardi)
Fis-Santwarju tal-Madonna
L-għasfur tal-bejt
Nadurawk ja ħobż tas-sema – (G. Caruana / D.K. Psaila)
Sidi Ġesu’ huwa ħaj
Kanzunetti tat-tfal:
Fonzu l-fenek – (M. Piscopo)
Bumm bumm il-bieb – (tradizzjonali)
Ninni la tibkix iżjed
Dawra Durella – (tradizzjonali)
Mhux jien mama’
Il-merill
Iż-żunżana ddur iddur – (tradizzjonali)
Pizzi pizzi kanna – (tradizzjonali)
Viva l-Karnival
Tista tivvota fil-paġna ta’ quddiem tas-sit www.eu-songbook.org li huwa miftuħ sat-23 ta’ Diċembru. Il-vot jista’ jsir b’24 lingwa differenti.
L-ewwel verżjoni tal-Ktieb tal-Għanjiet tal-Unjoni Ewropeja se jkun fiha 162 għanja f’24 lingwa originali u traduzzjoni bl-Ingliż, Ippjanat għal publikazzjoni f’Diċembru 2019.