Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega liema huma dawk l-istabbilimenti kummerċjali li se jiftħu minn nhar it-Tnejn:
• Banek tal-lottu
• Stazzjonijiet tat-testijiet tal-VRT
• Ħwienet tal-ħwejjeġ u dawk sportivi
• Ħwienet tal-ġojjellerija u aċċessorji oħrajn
• Ħwienet li jbigħu oġġetti tal-ġilda bħall-basktijiet u żraben
• Ħwienet li jbigħu nuċċallijiet mingħajr riċetta tat-tabib
• Ħwienet li jbiegħu prodotti tas-sbuħija bħal fwejjaħ (ħwienet tax-xagħar, barbiera u tad-dwiefer se jibqgħu magħluqa)
• Ħwienet tal-ħjata u dekorazzjonijiet tad-djar
• Ħwienet tas-souvenirs u discount stores
• Ħwienet tal-bagalji u ġugarelli
• Ħwienet tal-passatempi
• Ħwienet li jbiegħu l-għamara
• Ħwienet tal-fjuri
Id-Deputat Prim Ministru spjega li kull min jidħol, juża dawn il-ħwienet jew jaħdem f’dawn il-ħwienet ser jintalbu li jilbsu maskra. Dan filwaqt li l-miżura li tinżamm id-distanza ser tibqa’ fis-seħħ u f’kull entratura ser ikun hemm sanitisers biex kull min jidħol jaħsel idejh.
Se titkejjel it-temperatura tal-ġisem ta’ kull min jidħol fil-kumplessi tal-ħwienet filwaqt li l-kmamar li jintużaw biex wieħed jipprova l-ħwejjeġ mhux ser ikunu disponibbli.
Chris Fearne qal li l-awtoritajiet tas-saħħa għamlu analiżi xjentifika biex wasslu għal dan it-tnaqqis fir-restrizzjonijiet.