L-emojis li naraw ta’ kuljum fuq il-mowbajls tagħna hija l-ikbar lingwa li qed tikber ta’ kuljum. Dan ħareġ minn riċerka ta’ Youtube, fejn sab ukoll li t-tfal qed ibagħtu fil-lingwa tradizzjonali.
Ir-riċerka sabet kif kważi nofs l-adulti Ingliżi qed ibagħtu biex jispellu l-kliem u anke biex jiktbu. Din sabet ukoll li kważi tlett kwarti tal-adulti qegħdin jużaw l-emoji biex jikkomunikaw bejniethom. Ir-riċerka saret bejn elfejn persuna ta’ bejn is-16 u l-65 sena.
Din il-lingwa qed tintuża iktar minn sitt biljun darba kuljum. Il-lingwa tal-emojis bdiet fuq il-mowbajls Ġappuniżi fl-1999 u fl-2015 id-dizzjunarju Oxford għażlet l-emoji tal-wiċċ li qed jidħak bid-daħk bħala l-kelma tas-sena.