Għada t-Tlieta fis-2.30 ta’ wara nofsinhar, jitħabbru n-nominazzjonijiet għall-Oscars. Kif wieħed jistenna, bħalissa hawn ħafna spekulazzjoni liema huma l-films li jistgħu jkunu nnominati fil-kategorija għall-aħjar film.
Skont il-lagħba, wieħed mill-films l-aktar ikkwotati li ser ikun innominat hu “Roma”. Dan hu film drammatiku miktub u maħdum taħt id-direzzjoni ta’ Alfonso Cuarón. L-isorja hi semi-awtobijografika u jurina t-trobbija ta’ dan id-direttur Messikan fil-bidu tas-snin sebgħin. L-isem tal-film ma jirreferixxix għall-belt kapitali Taljana imma għal distrett barra mill-belt kapitali Messikana magħrufa bħala Colonia Roma. Dan il-film diġa rebaħ ħafna premjijiet, fosthom l-Iljun tad-Deheb fil-Festival ta’ Venezja. Rebaħ ukoll żewġ Golden Globe Awards (għad-direzzjoni u bħala l-aħjar film mhux maħdum bil-lingwa ingliża).
Naturalment hemm films oħra li mistennija jisfidaw lil “Roma” f’din il-kategorija.
Skont il-lagħba, dawn huma l-għaxar films l-aktar ikkwotati li jistgħu jkunu nnominati fil-kategorija għall-aħjar film. Jidhru fl-ordni ta’ kif inhuma pprefereruti mid-djar tal-lagħba.
- Roma
- A Star Is Born
- Green Book
- The Favourite
- Bohemian Rhapsody
- BlackKKlansman
- Black Pather
- Vice
- If Beale Street Could Talk