Lidl ġew ordnati jeqirdu prodott partikolari: fniek taċ-ċikkulata imgewżra fid-deheb. Dan wara li tilfu kawża kontra l-manifatturi taċ-ċikkulata Lindt.
Dawn il-fniek taċ-ċikkulata spiċċaw marru għand l-ogħla qorti tal-Isvizzera, li qablet ma’ Lindt, b’konsegwenza li s-supermarket Ġermaniż ġie ordnat iddewweb l-istokk kollu tiegħu.
Id-ditta Żvediża argumentat li l-fenek tal-Għid imgeżwer fid-deheb kien jistħoqqlu protezzjoni minn prodott simili mibjugħ mis-supermarket low-cost. L-ogħla qorti tal-Isvizzera qablet u biddlet sentenza li ngħatat is-sena li għaddiet mill-qorti kummerċjali tal-pajjiż, li kienet oriġinarjament qablet ma’ Lidl.
Issa Lidl ġie ordnat idewweb il-fniek ‘foloz’ kollha, imma ssuġġeriet li ċ-ċikkulata ma tmurx għall-ħela iżda tintuża biex isiru prodotti oħra biha. L-argument legali hu li minkejja li hu minnu li hemm xi differenzi bejn iż-żewġ prodotti, xorta kien hemm il-possibbiltà ta’ konfużjoni għall-konsumaturi.
Filwaqt li l-fenek ta’ Lindt għandu ċoff u qanpiena ħamra, dak ta’ Lidl għandu ċoff u qanpiena ħadra. Il-kulur tal-fojl huwa simili bħalma huma l-illustrazzjonijiet tal-karatteristiċi tal-annimal assoċjat mal-Għid.