Għaxar snin ilhu propju fl-erba u għoxrin ta’ April tal-elfejn u tmienja l-LIDL fetaħ l-ewwel stabbilmenti tiegħu f’ pajjiżna.
Matul dawn is-snin il-Kumpanija baqgħet tinvesti f’pajjiżna biex illum għandha tmien supermarkets imxerrdin madwar Malta u Għawdex.
Is-Sales Operation Manager tal-kumpanija Mark Farrugia qal li l-kumpanija għandha pjani biex tkompli tinvesti Malta.
Is-Sur Farrugia qal li t-tkabbir ekonomiku li għadda minnu pajjiżna fl-aħħar snin, ħeġġeġ u inċentiva lill-Kumpanija sabiex tkompli tinvesti.
Qal li dan qed joffri sfidi ġodda li f’ebda pajjiż ieħor li l-kumpanija topera fihom mhu qed tħabbat wiċċha magħhom fosthom dik li ma’ jistgħux issibu impjegati biżejjed sabiex jaħdmu.
Is-Sur Farrugia jgħid kif id-diriġenti internazzjonali ta’ LIDL iħarsu lejn pajjiżna b’importanza kbira għax minkejja ċ-ċokon tagħha, s-suq ta’ pajjiżna qed ikun ta’ suċċess għall-Kumpanija.
Intant, sabiex ifakkar l-għaxar sena tiegħu f’pajjiżna, il-kumpanija qed jagħmel għadd ta’ attivitajiet fil-lokalitajiet li topera fihom.
Fost oħrajn it-Tlieta filgħodu l-ħaddiema tal-LIDL ta’ Ħal Qormi għamlu ġurnata jnaddfu ġnien Federico Maepel fl-istess lokalità.