Raġel ta’ 30 sena li jgħix Birżebbuġa kellu l-liċenzja tiegħu skwalifikata għal sitt xhur u weħel multa ta’ elf ewro wara li saq bi traskuraġni u kellu żewġt itfal fil-karozza bil-wieqfa mingħajr ma kienu lebsin iċ-ċintorin tas-sigurtà.
Jirriżulta li meta kien qed isuq, ir-raġel ma kellux liċenzja tas-sewqan hekk kif din kienet sospiża.
Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak intqal li pulizija nnota lir-raġel jserrep bil-karozza u li t-tyres tal-karozza bdew iwerżqu.
Kien hawn li l-kuntistabbli għamel kuntatt mal-kamra tal-kontroll tal-pulizija fid-Depot u sar magħruf li s-sewwieq tal-karozza, li kienet għaddejja b’veloċità qawwija, kien qed isuq bla liċenzja.