Żewġ Libjani bdew jgħaddu proċess ta’ kumpilazzjoni b’rabta mal-qtil ta’ Kolumbjan ftit tal-ġimgħat ilu f’Paceville. Zyad Mohamed Drebeka, ta’ 23 sena u Ahmed Rasem ta’ 30 sena qed ikunu akkużati li qatlu lil Carlos Augusto ta’ tletin sena.
Dan fis-sigħat bikrin ta’ 19 ta’ Mejju meta l-Kolumbjan mar jaqbeż għal mara li kienet qed tkun iffastidjata minn dawn il-persuni. Iż-żewġ Libjani kienu nstabu mistoħbija f’dar f’San Lawren Għawdex wara jiem ta’ tfittxija.
L-ispettur Nikolai Sant, li kien wieħed mix-xhieda, qal li ż-żewġ irġiel dehru maħsuda, ixxokjati u emozzjonati meta saru jafu li r-raġel li attakkaw miet.
Qal li s-CCTV wera kif iż-żewġ irġiel baqgħu jsawwtu r-raġel anke wara li waqa’ malart.
Jidher li wieħed mil-Libjani qabad tazza u ta biha lill-Kolumbjan f’wiċċu, bit-tieni persuna jidħol ftit tal-minuti wara. Imbagħad kien hemm it-tielet persuna li prova jikkalma s-sitwazzjoni.