Żagħżugħ Libjan li ismu ma jistax jixxandar għax m’għandux tmintax-il sena tressaq il-qorti akkużat li ħebb u darab żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija.
Dan fis-sigħat bikrin tal-ewwel jum tas-sena quddiem l-għassa ta’ San Ġiljan. L-Ispettur Matthew Spagnol spjega kif il-Libjan ta’ 17-il sena nġabar mill-pulizija wara li kien involut fi ġlieda f’Paceville. Kien allegat li wara li missieru mar għalih l-għassa spiċċa jiġġieled miegħu u hekk kif daħal lura biex jiġbor il-kowt li ħalla warajh ħebb u weġġa’ ħafif żewġ uffiċjali.
B’rabta mal-istess każ, l-avukati difensuri taż-żagħżugħ ressqu protest ġudizzjarju fejn allegaw li kien stmat ħażin ill-pulizija.
Saħansitra allegaw li ttieħdu l-mobile u l-kartiera u li kien imsawwat bil-ħarta mill-pulizija. Il-Libjan ingħata l-ħelsien mill-arrest. Iżda, jrid jiffirma l-għassa ta’ Tas-Sliema kull nhar ta’ Ġimgħa u ma jersaqx lejn San Ġiljan u Paceville.