Abd Alraheem Aboulqasim, Libjan ta’ 21 sena, ġie akkużat li ħebb għal erba’ uffiċjali tal-pulizija u heddidhom fil-Belt fi tmiem il-ġimgħa.
Fil-Qorti ġie akkużat li kiser il-paċi pubblika u li ma mexiex mal-ordni tal-Pulizija. Xlewh ukoll li għex ħajja ta’ għażż u vagabundaġġ. Intqal li l-akkużat ma jaħdimx u jmur il-Marsa sabiex jara min se jipprovdilu xogħol.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-akkużat wieġeb li hu ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti ordnat lil-Libjan biex jirreġistra u tatu l-ħelsien mill-arrest bil-patt u l-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi tliet snin.