Shallouf Ahmed Mahamoud, Libjan ta’ 32 sena se jitkeċċa minn Malta wara li ammetta fil-Qorti li wettaq fastidju sesswali fuq tfajla f’lift ta’ lukanda.
Dan seħħ meta l-vittma u l-ħabiba tagħna ltaqgħu fil-lift mal-akkużat. Bil-Libjan qabad wiċċ il-vittma, daħħal idu taħt id-dublett tagħha u messha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ikkundannat lir-raġel sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, waqt li ordnat ukoll biex ir-raġel jiġi deportat lejn pajjiżu.