Libjan ta’ 44 sena li jgħix il-Mellieħa nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli dwar ħruq ta’ karozza.
Il-każ seħħ fil-Marsa fil-lejl tal-Milied.
Fil-Qorti, l-Ispettur Mario Xiberras spjega li fl-investigazzjonijiet tagħha, il-Pulizija elevat filmati tas-sigurtà, li juru n-nirien ġew allegatament imqabda intenzjonalment u identifikaw il-karozza tal-kiri li ntużat f’dan ir-reat.
Wara jiem ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija arrestaw lill-Libjan ilbieraħ.
Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat.