Libjan ta’ 17-il sena li joqgħod fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far tressaq il-qorti akkużat b’serq.
Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun kienu qegħdin jagħmlu ronda fl-akwati ta’ Triq Telgħet il-Ġiżwiti, fil-Marsa, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ dalgħodu innutaw ħanut tal-merċa bix-shutter sgassat u bid-dawl mixgħul.
Minħabba suspett li qam, il-Pulizija waqfu u nnutaw xi ħġieġ mal-art u xi dmija. Kif ittawlu għal ġewwa raw persuna liebsa hoodie, tipprova taħrab lejn in-naħa ta’ wara tal-ħanut.
Minn tfittxija li saret fuqu, il-Pulizija sabu borża tal-plastik mimlija muniti u oġġetti oħra li kollha ġew elevati.
Huwa wieġeb ħati u ġie kkundanat 6 xhur habs.
Iż-żagħżugħ kien ilu minn Marzu rrapurtat nieqes miċ-Ċentru ta’ Ħal Far għaliex hu beda jgħix mal-ħbieb tiegħu f’Santa Venera.