Mahmoud Suleiman Ben Ramadan ta’ tnejn u ħamsin sena ġie kundannat tletin xahar ħabs wara li nstab ħati li seraq flus kontanti minn ħanut fl-Università, xorb minn supermarket fil-Fgura u flus kontanti wkoll minn kafetterija fil-Belt.
Il-Libjan, magħruf sewwa mal-Pulizija nstab ħati li matul s-sena l-oħra seraq flus u flixken tal-whisky, filwaqt li ma nstabx ħati fuq akkużi ta’ theddid u li kellu fil-pussess tiegħu, sikkina.
Il-Pulizija waslet għal Ben Ramadan minn filmati elevati mill-ħwienet u postijiet fil-viċinanzi.