Libjan li kien f’Malta bħala refuġjat weħel tlettax-il xahar ħabs wara li nstab ħati li seraq sett tat-televiżjoni minn lukanda.
Hashim El Amir ta’ 24 sena kien ta ruħu f’idejn il-Pulizija wara li kien imfittex fuq serq aggravat.
Huwa ġie akkużat li seraq sett tat-televiżjoni u pprova jisraq ieħor minn lukanda ewlenija f’Paceville.
Il-Libjan li fil-passat instab ħati fuq pussess tad-droga ammetta l-akkużi miġjuba kontrih marbuta ma’ serq.
Fid-dawl ta’ dan, il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras imponiet il-piena minima fil-konfront tal-Libjan.