Libjan ta’ 55 sena ammetta li fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta naqas milli jiddikjara ammont akbar ta’ flus kontanti milli tippermetti l-liġi.
Il-kaz ġara s-Sibt, meta fuq Nasr Khalifa Abubaker, nstabu muniti differenti, li kienu jaqbżu l-€10,000.
Il-Libjan kien naqas milli jimla l-formola.
Fil-qorti ntqal li meta waqqfuh uffiċjali tad-Dwana jistaqsuh jekk għandux aktar minn €10,000 fuqu, huwa wieġeb li iva.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, waħħlitu multa ta’ aktar minn €4,700 u kkonfiskat €8,903, li jeċċedu l-ammont permess mil-liġi.