Mousa Sulayman Mousay Bin Husayn ta’ wieħed u tletin sena ammetta fil-Qorti li għamel rapport falz lill-Pulizija.
Ir-raġel tressaq il-Qorti wara li minn investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li kkawża ġrieħi fuqu innifsu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti huwa ġie akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika u li hedded persuna.
L-akkużat ammetta l-akkużi kollha miġjubin kontrih. Is-sentenza se tkun qed tingħata f’seduta oħra.