Raġel Libjan iddaħħal l-isptar għall-kura wara li t-Tlieta filgħaxija ġarrab xi ġrieħi fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel kien qed jinżamm arrestat fil-lockup tad-Depot b’rabta ma’ inċident li seħħ it-Tnejn f’Paceville.
Il-Pulizija qalet li l-Libjan beda jargumenta mal-Pulizija li kienu għassa miegħu. Qalet li kien hawm li ta daqqa ta’ ras mal-kanċell taċ-ċella u waqt li kienet qed tissejjaħ l-assistena pprova jikkawża aktar ġrieħi fuq nnifsu billi dawwar qalziet tat-track suit ma’ għonqu.
Kien l-intervent f’waqtu tal-Pulizija li waqqaf lil-Libjan milli jkompli jweġġa’ lilu nnifsu.
Il-Libjan ittieħed immedjatament l-isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.