Libjan ta’ 33 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument ma’ persuna oħra li ħarbet minn fuq il-post. L-inċident seħħ għall-ħabta tas- 1.45a.m fi Triq San Ġorġ San Ġiljan.
Il-Libjan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.