Libjan ta’ 28 sena residenti l-Floriana ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiża għal sena wara li nstab ħati li pprova jisraq minn żewġ ATMs permezz ta’ kard tal-bank misruqa.L-Ispettur Daryl Borg spjega kif f’Ġunju li għadda l-Pulizija rċiviet rapport dwar allegat attentat ta’ serq minn residenza privata fil-Furjana.
Jidher li l-mara li għamlet ir-rapport irċiviet telefonata, fejn intqal lilha li xi ħadd ipprova jiġbed il-flus mill-kont tal-bank tagħha.
Filmati minn kameras tas-CCTV juru ċar lill-akkużat jipprova jiġbed il-flus mill-ATM, u fi tfittxija f’daru stess instabu xi oġġetti li kienu rrappurtati nieqsa mill-istess mara.
Ir-raġel għalhekk tressaq il-Qorti akkużat li f’żewġ okkażjonijiet ipprova jisraq minn ATM fil-Furjana u fil-Belt Valletta.
Il-Qorti ordnat li l-akkużat jingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sena.