Libjan ta’ 31 sena ngħata żewġ sentenzi sospiżi wara li fera Libjan ieħor li kien iħaddmu fil-qasam tal-kostruzzjoni.
Walid Abubaker Tawerghi ġie mixli li fis-6 u s-7 t’Awwissu li għadda kkaġuna feriti gravi fuq Naser Mailad Atia wara tilwima li qamet fuq ħlas li kellu jirċievi l-akkużat.
Irriżulta ukoll li l-imputat għamel ħsara fuq affarijiet tal-vittmi li tammonta għal €800. Fil-Qorti ġie spjegat li l-akkużat allegatament sofra xi ġrieħi f’għajnu filwaqt li l-vittma allega li kellu xi qtugħ fuq idejh permezz ta’ flixkun.