Libjan ta’ 26 sena residenti s-Swieqi baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li mingħajr ħsieb li joqtol jew ipoġġi ħajjet ħaddieħor fil-periklu fera ħafif żewġ persuni oħra.
Huwa ġie mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika permezz t’għajjat u ġlied.
L-akkużat Mohammed Musrati qal li ilu ġimgħa jgħix f’Malta u ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni sostniet li l-akkużat ma tantx ikkopera mal-pulizija u sostniet il-biża’ tagħha li l-akkużat jitlaq mill-pajjiż.
Hawnhekk il-Maġistrat Aaron Bugeja ċaħad it-talba tad-difiża mmexxija minn Dr. Franco Debono.