Raġel ta’ wieħed u tletin sena ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li nqabad bil-kokaina u l-eroina f’magna tal-ħasil.
Nicholas Farrugia minn Ħal Qormi tressaq l-Qorti wara li ġie mixli b’rabta ma’ sejba ta’ żewġ kilogrammi eroina u ħames mitt grama kokaina.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-droga instabet fil-karozza tal-akkużat kif ukoll f’farmhouse f’Ħal Luqa.
Aktar tard, Farrugia qal lill-pulizija li kellu problema kbira tad-droga iżda ma qal xejn meta ġie mistoqsi dwar id-droga li nstabet fil-pussess tiegħu.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Elaine Rizzo tat il-ħelsien mill-arrest lil Farrugia b’depożitu ta’ €8,000 u garanzija personali ta’ €10,000.