Raġel ta’ tletin sena mir-Rabat Għawdex ingħata l-libertà proviżorja wara li fil-Qorti t’Għawdex ġie mixli li ta n-nar lil vettura, għamel ħsara u kien riċediv. L-allegat każ seħħ fl-1 ta’ Settembru li għadda, fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.
Fil-Qorti dan ċaħad l-akkużi miġjubda kontrih u ngħata l-libertà proviżorja abbażi ta’ diversi kundizzjonijiet.
Is-seduta kienet ippreseduta mill-Maġistrat Dr Simone Grech, filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Spiteri.