Sebastiano Violante, ta’ 37 sena tressaq il-qorti akkuzat b’ sitt serqiet aggravati, serqa sempiliċi, li għamel danni kriminali, li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża preċedenti u li reġa xellef subajh mal-pulizija. Madanakollu, is-Sqalli ngħata l-libertà provizorja mill-magistrat Charmaine Galea.
Ir-raġel, li f’ pajjiżna jagħmel il-pizzez, kien akkużat li tul l-aħħar ġimgħatejn t’ Awwissu seraq minn sitt karozzi pparkjati. Violante wieġeb mhux ħati u talab li jinħeles bil-libertà provizorja għaliex fi kliem l-avukat tiegħu ma kienx hemm periklu li jipprova jbgħabas l-evidenza jew li jaħrab mill-pajjiż.
Il-maġistrat Galea laqgħat din it-talba u ordnat lill-akkużat iħallas ħamest elef ewro garanzija personali u depożitu ta’ elf ewro filwaqt li awtorizzat li jintraddulu lura l-elf ewro li nstabulu fil-kartiera dakinhar tal-arrest.