Żewġt irġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ttellgħu l-Qorti b’urġenza l-Ħadd filgħodu akkużati b’pussess tad-droga kannabis u kokaina, kif ukoll b’armi tan-nar, flus kontanti u oġġetti oħra relatati ma’ droga.
Iż-żewġt irġiel, li għandhom 23 sena u 22 sena, ġew arrestati fil-lejl ta’ bejn il-ġimgħa u s-sibt wara tfittxija mill-Pulizija tal-Iskwadra kontra d-droga f’garaxx f’ Ħ’Attard. Huwa maħsub li d-droga misjuba kienet ser tintuża biex tiġi ppreparata ġo boroż żgħar biex tinbiegħ. Id-difiża mmexxija mill-Avukat Mario Mifsud talbet għall-ħelsien mill-arrest u l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat.
Madankollu d-difiza baqgħet isostni li xhieda li għad fadal titla’ hija rrilevanti għal każ u għalhekk il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjonijiet neċessarji. Fil-jiem li ġejjin se jitressqu żewġ tfajliet oħra b’rabta ma’ dan il-każ.