Josephine Farrugia ta’ disgħa u erbgħin sena instabet ħatja li fl-elfejn u tnejn irċeviet u kellha fil-pussess tagħha flus foloz li jammontaw għal tletin dollaru Amerikan.
Il-Qorti rat li dan kien każ iżolat u għalhekk l-imputata ġiet liberata bil-kundizzjoni li din ma tagħmilx reat ieħor fi żmien sena.