Michele Vella ingħata l-libertà kkundizzjonata wara li nstab ħati li daħal fil-Facebook ta’ kollega tax-xogħol tiegħu.
Il-każ seħħ fl-2015 meta l-vittma talbet lill-imputat sabiex tuża l-mobajl tiegħu. Minkejja li l-vittma ħarġet mill-facebook tagħha, l-imputat irnexxielu jidħlilha fil-Facebook.
Kollega tal-vittma u tal-imputat xehed kif l-akkużat kien ftaħar li kellu l-aċċess għall-Facebook tal-vittma.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li l-imputat ma kellux dritt jidħol fil-facebook tal-vittma mingħajr il-permess tagħhha u qieset dan bħala ndħil fil-privatezza tagħha.
Il-qorti wissiet lill-imputat biex ma jersaqx lejn il-vittma għas-sentejn li ġejjin.